Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara inċident bejn il-mutur li kien qed isuq u karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:20pm fi Triq il-Kanun, Santa Venera.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Santa Venera u tal-mutur huwa żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Imsida.
Għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur.