Ħabta bejn mutur u karozza f’Bormla

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Bormla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq San Ġwann t’Għuxa.
Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti l-Birgu filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Belt.
Is-sewwieq tal-mutur qed isofri biss ġrieħi ħfief.
Ritratt: Arkivji