Aġġornata: Raġel ta’ 78 sena gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Sewwieq ta’ mutur ta’ 78 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’ħabta ma’ karozza.
Il-ħabta seħħet ilbieraħ fi Triq in-Naxxar, faċċata tal-Mitħna, ftit qabel is-7pm.
Il-karozza kienet misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena minn Ħ’Attard.
Mad-daqqa l-mutur baqa’ dieħel f’karozza oħra pparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura kif ukoll lit-tfajla li sofriet minn xokk qawwi.
Ritratti: MDT