Aġġornata: Gravi wara li ħabat ma’ karozza

Raġel li kien qed isuq mutur dalgħodu ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat ma' karozza f'Tal-Barrani.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:10am fi Triq San Anard, iż-Żejtun.
Il-mutur kien misjuq minn raġel ta' 38 sena residenti ż-Żurrieq. Dan wara li ħabat ma' karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 28 sena miż-Żejtun. Ir-raġel ta' 28 ma ndarabx f'dan l-inċident.