Ħabta bejn karozza u żiemel fil-Marsa

Kmieni dalgħodu fil-Marsa seħħ inċident bejn karozza u żiemel, li ħarab minn fuq il-post.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel. Il-karozza involuta kienet misjuqa minn mara ta’ 31 sena minn Marsaxlokk.
Ambulanza marret fuq il-post tal-inċident, iżda rriżulta li l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi. Il-karozza tal-mara ġarrbet xi ħsarat.
Bħalissa l-Pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxiijiet tagħha għaż-żiemel u sidu.