Filmat: Ħabta bejn tal-linja u karozza; mara l-isptar

Tal-linja u karozza ħabtu fi Triq tal-Barrani llum għall-ħabta tas-1pm.
Skont il-Pulizija, tal-linja kienet misjuqa minn Spanjol ta' 54 sena, filwaqt li l-karozza kienet misjqua minn mara ta' 36 sena minn Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ħabta bejn iż-żewġ vetturi seħħet għall-ħabta tas-1pm.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku.
Ritratt u filmat: Ġaħan Onlajn