Aġġornata: Kuntistabbli gravi wara ħabta bil-mutur

Pulizija tat-traffiku weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15pm fi Triq it-Tiġrija, bejn karozza misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena mill-Iklin u mutur misjuq minn kuntistabbli mis-Sezzjoni tat-Traffiku.
Il-kuntistabbli ttieħed l-isptar b’ambulanza.