Ħabta bejn karozza u mutur; mara gravi

Mara weġġgħet gravi f’ħabta bejn karozza u mutur fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45pm fi Triq D’Argens.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 40 sena minn Birkirkara, filwaqt li l-mutur kien qed jinstaq minn tfajla ta’ 25 sena mill-Maċedonja, residenti Santa Venera.

Is-sewwieqa tal-mutur ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.