Ħabta bejn karozza u mutur fl-Imrieħel

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara inċident bejn karozza u mutur fil-bypass tal-Imrieħel.
Kelliema għall-Pulizija spjegat li l-mutur kien misjuq minn Għawdxi ta' 58 sena u l-karozza minn żagħżugħa ta' 19-il sena minn Ħal Qormi.
Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet liż-żewġ sewwieqa l-isptar Mater Dei.
Ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
It-tfajla ddaħħlet l-isptar minħabba x-xokk li ħadet.