Ħabta bejn karozza u mutur fis-Siġġiewi; raġel gravi

Aktar kmieni wara nofsinhar, għall-ħabta tal-15:45 seħħ inċident fi Triq l-Imqabba fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ bejn vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 32 sena, residenti s-Siġġiewi u mutur misjuq minn raġel ta’ 42 sena, residenti l-Floriana.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal-aktar kura. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.