Ħabta bejn karozza u mutur f’Burmarrad

Seħħet ħabta bejn karozza u mutur f’Burmarrad.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Burmarrad bejn karozza misjuqa minn raġel ta' 39 sena minn Nadur u mutur misjuq minn raġel ta' 56 sena mill-Mosta.
Il-Pulizija kkonfermat l-inċident. Qalet ukoll li s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b'ambulanza.
Fl-inħawi nġema' t-traffiku.
Ritratt: MRTU