Aġġornata: Gravi s-sewwieq ta’ mutur wara ħabta fl-Imsida

Malta Police Force

Read in English.

Kien hemm ħabta bejn mutur u karozza fl-Imsida, li wasslet lil raġel biex isofri minn ġrieħi gravi.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li din ġrat fit-8am fi Triq il-Wied.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar. Huwa Ingliż ta’ 46 sena li joqgħod l-Għasri.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq li ma kellux bżonn assistenza medika.