Ritratti: Raġel gravi wara ħabta bejn karozza u mutur f’Għawdex

Raġel li kien qed isuq mutur sofra minn ġrieħi gravi meta kellu impatt ma' karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:15pm bil-Pulizija jagħlqu parti mill-aċċess għal Triq Fortunato Mizzi viċin stabiliment kummerċjali ewlieni fir-Rabat, Għawdex.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 25 sena mis-Slovenja.
Ir-raġel li għandu 34 sena u joqgħod ir-Rabat ittieħed l-isptar ta' Għawdex.
Kawża ta’ dan l-inċident inġema’ t-traffiku fi Triq l-Imġarr fir-Rabat.