Ħabta bejn karozza u kontejner; konġestjoni tat-traffiku

Ħabta żgħira bejn karozza u kontejner wasslet biex inġema' ħafna traffiku fit-triq ewlenija ta' Ħal Far. 
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm. 
Minkejja li dehret ambulanza fuq il-post, kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa' gravi fl-inċident.