Ħabta bejn erba’ karozzi tikkawża traffiku kbir f’B’kara

Għadd kbir ta’ karozzi spiċċaw maqbuda fit-traffiku meta għall-ħabta tal-11am ta’ dalgħodu, fil-bypass ta’ B’Kara kien hemm ħabta bejn erba’ vetturi.
Minkejja li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, it-traffiku fil-bypass li minn Ħal Lija jagħti għar-round about tal-Universita’ kien wieqaf.

Il-karozzi involuti ma sofrews ħsarat kbar, iżda karozza minnhom kellha l-bonnett tagħha mitwi fit-tnejn wara l-impatt mal-karozza ta’ quddiemha.