Ħabta bejn 3 karozzi f’Tal-Balal; Persuna fil-periklu tal-mewt

Aġġornat 09:46 PM
Ritratt: 103

Read in English.

Persuna jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif il-karozza li kien qed isuq ħabtet ma’ żewġ vetturi oħra fi Triq Tal-Balal lejn in-Naxxar. L-inċident seħħ fil-5.30pm.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u l-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li raġel ta’ 30 sena mil-Lithuania ġarrab ġrieħi serji filwaqt li mara ta’ 70 sena mill-Mellieħa weġġgħet ħafif. Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’żewġ ambulanzi.