Aġġornata: ​Ħabta bejn 2 karozzi fl-Imrieħel

Seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fil-Byass tal-Imrieħel.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15pm, bil-karozzi jidħlu f’nofs central strip.
Aktar tard kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-inċident, u qalet li b'kollox kien hemm involuti 4 persuni.
F'karozza minnhom kien hemm tliet persuni, żewġ anzjani u raġel kollha min-Naxxar.
Is-sewwieq kien anzjan ta' 63 sena, li l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, u miegħu kellu anzjana ta' 60 sena u raġel ta' 36 sena li weġġgħu ħafif.
Fil-karozza l-oħra kien hemm sewwieq żagħżugħ ta' 22 sena li ma ġralu xejn.
Tista' tibagħtilna ritratti fuq info@newsbook.com.mt