Read in English.
Ilbieraħ filgħaxija kien hemm ħabta bejn 4 karozzi fis-Swieqi li wasslet raġel l-isptar.
L-inċident ġara fit-8.30pm fi Triq Sant’Andrija.
Ir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għandu 41 sena u hu mis-Swieqi stess. Huwa sofra ġrieħi gravi.
Il-karozzi l-oħra kienu misjuqin minn Taljan ta’ 32 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, mara ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ u żagħżugħ ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid.
Dawn ma ħtiġux kura medika.