Aġġornata: Filmat: Ħabta bejn 5 karozzi fi Vjal Santa Luċija

Seħħet ħabta bejn erba’ karozzi fi Vjal Santa Luċija viċin iċ-ċimiterju tal-addolorata.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am. Qalet li ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident. Fuq il-post inġema’ t-traffiku filwaqt li ġew imsejjħa kemm il-Pulizija kif ukoll ambulanza.

Wieħed mill-persuni involuti fl-inċident beda jitfa’ xi affarijiet lejn il-ġurnalisti li marru fuq il-post.

Intant fuq Facebook, il-Pulizija appellaw sabiex il-pubbliku jgħaddi minn rotot alternattivi kawża tal-inċident.

Motorists are advised to avoid Vjal Santa Lucija Poala direction Valletta and seek an alternative route due to a traffic accident please.

Posted by The Malta Police Force on Wednesday, April 3, 2019