Ħabta bejn 3 vetturi f’Ħaż-Żebbuġ; raġel jindarab ħafif

Aġġornat 07:25 AM

Seħħet ħabta bejn tliet vetturi f’Ħaż-Żebbuġ li wasslet sabiex tittieħed persuna l-isptar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm fi Triq it-Tiġrija. Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza.

Raġel ta’ 63 sena min-Naxxar ittieħed l-isptar, u aktar tard irriżulta li għandu ġrieħi ħfief.