Ħabta bejn 3 karozzi; Persuna l-isptar

Malta Police Force

Persuna ttieħdet l-isptar wara ħabta bejn tliet karozzi fuq il-flyover tal-Kappara.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45 tal-Erbgħa waranofisnhar fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Mara ta’ 51 sena minn Ħal Qormi ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Iż-żewġ vetturi l-oħra kienu misjuqa minn mara ta’ 24 sena mill-Birgu filwaqt li l-vettura l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 23 sena ta’ nazzjonalità Libjana u residenti San Ġiljan.

Il-kundizzjoni tal-mara li ttieħdet l-isptar għadha mhix magħrufa.