Mara ta’ 55 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara inċident bejn tliet karozzi f’Ħal Tarxien.
Il-Pulizija spjegat li inċident seħħ bejn karozza li kienet misjuqa mill-mara residenti l-Gudja u karozza oħra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien.
Il-karozza li kienet misjuqa mill-mara ħabtet ukoll ma’ vann li kien ipparkjat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am fi Triq is-Sorijiet.