Ħabta bejn 3 karozzi f’Tas-Sliema; Mara l-isptar

Tliet karozzi ħabtu f’inċident tat-traffiku quddiem il-knisja tan-Nazzarenu fi Triq ix-Xatt ta’ Tigne f’Tas-Sliema.
Mara ta’ 45 sena minn Naxxar ittieħdet b’ambulanza fi sptar privat għall-kura.
Jidher li bl-impatt, it-tliet karozzi ħabtu f’xulxin u t-triq kienet magħluqa għal xi ħin.
Kelliem tal-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ ftit qabel is-1pm.
Ix-xufiera tal-karozzi l-oħra kienu żewġt irġiel, wieħed mill-Gżira ta’ 52 sena u ieħor ta’ 62 sena mill-Imsida.
Ritratti: MRTU