Tliet karozzi kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-1.45pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Ma kellux aktar informazzjoni dwar l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.