Aġġornata: Ħabta bejn 3 karozzi f’San Pawl il-Baħar

Ħabta bejn tliet karozzi f’San Pawl il-Baħar wasslet sabiex tingħalaq Triq San Pawl.
Il-ħabta saret fl-4pm.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li minħabba ħsarat kbar fil-karozzi, kif ukoll minħabba li t-triq hija wisq dejqa, kellha tingħalaq sakemm jitneħħa l-periklu. It-triq infetħet għat-traffiku għall-ħabta tas-18:00.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Ritratt: The Malta Police Force