Gravi wara li ntlaqtet minn karozza involuta f’ħabta

Aġġornat 11:53 AM
CMRU

Mara ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza li kienet involuta f’ħabta f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Ġorġ Borg Olivier, fl-akwati tal-Knisja tal-Balluta.

Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mir-Rabat u karozza oħra misjuqa minn mara ta’ 21 sena mill-Imsida. Iż-żewġ karozzi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni.

Kawża tal-ħabta, karozza minnhom laqtet mara ta’ 26 mil-Litwanja, residenti San Ġiljan. Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku. Huma ħadu lill-mara l-Isptar Mater Dei.

Iż-żewġ sewwieqa ma sofrew l-ebda ġrieħi.