Ħabta bejn 3 karozzi fl-Għarb; tifel ta’ sentejn fost il-midruba

Tifel ta’ sentejn, mara u żagħżugħ weġġgħu ħafif wara ħabta bejn tliet karozzi fl-Għarb.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u spjegat li dan seħħ fl-10.30am fi Triq l-Għarb. Il-karozzi kienu misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Kerċem li ma sofra l-ebda ġrieħi, żagħżugħ ta’ 18-il sena mix-Xewkija u mara ta’ 26 sena minn San Lawrenz. Passiġġier mal-mara kien hemm tifel ta’ sentejn minn San Lawrenz ukoll.