Aġġornata: Tarbija ta’ ftit xhur teħlisha ħafif f’inċident fl-Għarb

Nazzjonijiet magħquda tarbija tfal mewt

Ħabta bejn tliet vetturi fl-Għarb wasslet biex żewġ nisa u 2 minorenni, fosthom tarbija, ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li huma ġew infurmati għall-ħabta tas-2pm.

Fl-ewwel vettura li kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Għarb u li miegħu kien hemm mara ta’ 29 sena wkoll mill-Għarb, minorenni ta’ 3 snin, u tarbija ta’ ftit xhur. Il-passiġġiera u t-tfal ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

It-tieni vettura kienet misjuqa minn persuna ta’ 56 sena minn Għajnsielem.

It-tielet vettura kienet misjuqa minn mara ta’ 31 sena minn Għajnsielem li wkoll ittieħdet l-isptar, u wkoll jidher li ħelsitha ħafif.