Ħabta bejn 3 karozzi fix-Xewkija

Illum wara nofsinhar seħħet ħabta bejn tliet karozzi fix-Xewkija.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq l-Imġarr. Persuna weġġgħet ħafif kawża ta’ dan l-inċident.