Ritratti: Ħabta bejn 3 taxis fil-Marsa waqt attività għat-tfal

Ħabtu 3 karozzi fil-Marsa dalgħodu, waqt attività għat-tfal.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li dan ġara fil-11.30am fi Triq il-Labour. Sors li kien fuq il-post qal lil Newsbook.com.mt li karozza daħlet ġo oħra u kkawżat lil karozza oħra biex tidħol fiha.

Dan waqt li kienet għaddejja attività annwali għat-tfal, Malta Taxi Charity Ride, fejn taxis idawru madwar 300 tifel u tifla ma’ postijiet ta’ attrazzjoni f’Malta. Fil-ħin tal-inċident kienu sejrin lejn Splash and Fun Park.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’din il-ħabta.