Aġġornata: Ħabta bejn 4 karozzi fil-Gżira

CMRU

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li ndarbet f’ħabta bejn 4 karozzi fil-Gżira għall-ħabta tal-11.30 am.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u spjegat li dan seħħ fi Triq Reġjonali. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 32 sena mill-Belt, karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 38 sena miż-Żurrieq, karozza misjuqa minn raġel ta’ 45 sena mis-Swieqi, u mara ta’ 38 sena mill-Belt.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.