Ħabta bejn 3 karozzi f’Ħal Tarxien; 2 gravi

Żewġ nisa weġġgħu gravi wara ħabta bejn tliet karozzi f’Ħal Tarxien ilbieraħ filgħaxija.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ fid-9pm fi Triq San Anard. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żabbar u li miegħu kellu tfajla Bulgara ta’ 16-il sena, karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti ż-Żurrieq u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 64 sena minn Ħal Tarxien. Miegħu kellu mara ta’ 61 sena residenti Ħal Tarxien ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni involuti l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard is-sewwieqa ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif, filwaqt li s-sewwieq ta’ 21 sena ma sofra l-ebda ġrieħi u lanqas ma ttieħed l-isptar.