Ħabta bejn 2 vetturi fl-ajruport

Read in English.

Żewġ vetturi ħabtu ġo xulxin fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA).

Kelliema għall-MIA qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-6 am. Jidher li għadd ta’ persuni kellhom bżonn attenzjoni medika.

Qalet li ma kienx hemm passiġġieri involuti.

Il-kelliema qalet li hemm investigazzjoni għaddejja u li ma setgħetx tagħti aktar informazzjoni dwar l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.