Ħabta bejn 2 vetturi fiż-Żejtun

Żewġ karozzi kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsilejl. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post biex għamlu l-ewwel stħarriġ.

Il-karozza tal-għamla Volkswagen Golf kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Marsaxlokk filwaqt li l-vettura l-oħra tal-għamla Vauxhall Astra kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel ta’ 27 sena l-isptar għal aktar kura. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-inċident.