Ħabta bejn 2 vetturi fis-Siġġiewi

Ilbieraħ filgħaxija kien hemm ħabta bejn 2 vetturi fil-bypass tas-Siġġiewi.

L-inċident ġara fil-11pm fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi.

Il-mara ta’ 45 sena minn Ħ’Attard ittieħdet l-isptar b’ambulanza, filwaqt li r-raġel li kien qed isuq il-vettura l-oħra, li hu mis-Siġġiewi stess u għandu 49 sena, ma kellux bżonn assistenza medika.

Kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post biex jirnexxielhom joħorġu lill-mara li nqabdet ġol-karozza, iżda aktar tard, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.