Ħabta bejn 2 trakkijiet u karozza; persuna l-isptar

Mara ta' 31 sena minn Ħal Safi ttieħdet l-isptar wara li kien hemm ħabta bejn żewġ trakkijiet u karozza fis-Siġġiewi.
Kelliem għall-Pulzija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:10 pm fil-bypass tas-Siġġiewi.
It-trakkijiet kienu qed jinstaqu minn raġel ta' 39 sena mis-Siġġiewi u ieħor ta' 45 sena mill-Ħamrun.
Il-kundizzjoni tal-mara feruta għadha mhix magħrufa.