Ħabta bejn 2 muturi; raġel gravi

mater_dei_112_ambulanza

Raġel ta’ 43 sena residenti Ħ’Attard qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn 2 muturi.

Fi stqarrija mingħand il-Pulizija ġie spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8pm, fi Triq Reġjonali, taħt il-mini ta’ Santa Venera. L-inċident seħħ bejn żewġ muturi. Ir-raġel ta’ 43 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei, filwaqt li l-mutur l-ieħor telaq minn fuq il-post tal-inċident.

Iżjed tard, ir-raġel ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, waqt li qed issir tfittxija għall-mutur involut fil-ħabta.