Aġġornata: Ħabta bejn 2 karozzi: waħda tinqaleb, sewwieq l-isptar

Raġel ta’ 40 sena minn Ħal Safi weġġa’ f’ħabta bejn żewġ karozzi fiż-Żurrieq.

L-inċident seħħ ftit wara l-5pm fi Triq Valletta, meta r-raġel ferut inqaleb bil-karozza waqt li kien fi triqtu miż-Żurrieq għal Ħal Kirkop. Għalkemm ħareġ waħdu mill-karozza, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn Ukren ta’ 67 sena, residenti l-Imqabba.