Ħabta bejn 2 karozzi u tal-linja; mara l-isptar

Mara ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi u karozza tal-linja f’Santa Venera.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Psaila għall-3.55pm. Il-mara hija mix-Xagħra u għandha 57 sena. Hija ttieħdet l-isptar għal aktar kura. Il-Pulizija qalet li l-mara sofriet minn ġrieħi ħfief iżda ċ-ċertifikat kien għadu ma nħariġx.

Il-passiġġieri li kienu fuq tal-linja u l-persuni li kienu fit-tieni karozza ma weġġgħux.