Ħabta bejn 2 karozzi; raġel l-isptar

Raġel ta’ 57 sena minn Ħal Luqa ġarrab xi ġrieħi f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-Bypass tal-Marsa-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.