Aġġornata: Ħabta bejn 2 karozzi; raġel gravi

CMRU

Raġel jinsab gravi wara li kien involut f’inċident bejn 2 vetturi f’Raħal Ġdid.

Wara l-impatt bejn iż-żewġ vetturi, il-karozza tal-vittma nqalbet. Fuq il-post, issejħu ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili. L-inċident ġara fid-9.20am fi Vjal Santa Luċija.

Il-vittma huwa raġel ta’ 33 sena minn Birżebbuġa. Ir-raġel l-ieħor involut fil-każ, ta’ 30 sena minn Wied il-Għajn, jidher illi ma weġġax.