Ħabta bejn 2 karozzi fl-Imġarr

Stock Image

Read in English.

Żewġ karozzi kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ ilbieraħ fis-6:20pm fi Triq Sir Temi Zammit.

Il-karozzi kienu misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Mosta li weġġa’ ħafif, u raġel ieħor ta’ 31 sena minn San Pawl il-Baħar. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi.