Renju Unit: 2 imutu u 8 iweġġgħu f’ħabta; tingħalaq triq għal 11-il siegħa

Żewġt irġiel tilfu ħajjithom u tmienja oħra weġġgħu f’ħabta bejn żewġ karozzi u vann, f’Kent fir-Renju Unit.
Il-vittmi, li għandhom fuq l-20 sena kienu fl-istess vettura. Huma mietu fuq il-post.
L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
It-triq ingħalqet kompletament għal 11-il siegħa, sakemm tlestiet l-inkjesta.