Ħabsi jaħrab waqt li kien skortat lejn il-ħabs

Arkivji

Read in English.

Il-Pulizija qed tfittex ħabsi li ħarab waqt li kien qed jiġi skortat mill-Qorti lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-każ seħħ fil-5.30pm waqt li l-vettura kienet qiegħda fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Jidher li s-Sudaniż ta’ 27 sena ta s-salt u ħarab minn ġol-vettura. Il-Pulizija li kien qed jeskortah, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit jinsabu għaddejjin bit-tfittxija għal din il-persuna.