Ħabs wara li ta xebgħa ħadida lil żagħżugħ ta’ 17-il sena

Palestinjan ta’ 29 sena ngħata ħames snin ħabs wara li nstab ħati li ta xebgħa ħadida lil żagħżugħ ta’ 17-il sena fil-venda tal-Belt Valletta.
Il-Palestinjan kien mixli li flimkien ma’ Somalu aggredixxa u darab liż-żagħżugħ u li prova jisirqu.
Iż-żagħżugħ sofra ġrieħi permanenti fil-viżta ta’ għajnejh.
Is-Somalu telaq minn Malta u nħareġ mandat ta’ arrest Ewropej b’rabta ma’ dan il-każ.