Ħabs wara li nqabad bi tliet tipi differenti ta’ droga

Raġel ta’ 34 sena li m’għandux indirizz fiss, intbagħat 23 xahar ħabs u ngħata multa ta’ €2,200 wara li ammetta li kien fil-pussess tal-eroina, kokaina u l-kannabis.
Huwa nqabad ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn mar biex jieħu d-droga iżda ammetta wkoll li biegħ mill-eroina biex ikollu minn fejn jixtri aktar droga.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberra ikkunsidrat li fil-kondotta tiegħu għandu li ġieli nqabad b’arma mingħajar liċenżja, li seraq u li nqabad bid-droga diġà.
Hija talbet lid-Direttur tal-Ħabs biex jgħinu ħalli jindirizza l-vizzju tad-droga.