Ħabs u multa għal żewġ traffikanti tad-droga

Żewġ persuni ngħataw sentenza ta’ 17-il sena ħabs u ġew immultati €45,000 wara li ammettew li ttraffikaw il-kokaina u l-eroina lura fl-2007.
Duncan Scerri ta’ 38 sena u Walid Laouini, Tuneżin ta’ 35 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, ammettew l-akkużi kontrijhom.
Fi smigħ ta’ qabel quddiem il-Qorti, l-akkużati kienu wieġbu mhux ħatja.
Scerri ntbagħat disa’ snin ħabs u mmultat €25,000. It-Tuneżin ingħata tminn snin ħabs u multa ta’ €20,000.
Il-pulizija qalet li kienu qabdu kważi kilogramma ta’ kokaina wara tfittxija f'karozza fil-Luxol. L-operazzjoni tal-pulizija kienet ilha għaddejja għal diversi ġimgħat.
Il-valur tad-droga kien jammonta għal madwar €70,000.