Ħabs u €488 000 għal miljun sigarett bil-kuntrabandu

Read in English.

Tliet irġiel jeħlu tliet snin ħabs fuq kuntrabandu tas-sigaretti, kif ukoll multa ta’ €488 000 kull wieħed, wara li nstabu ħatja li ppruvaw idaħħlu aktar minn miljun sigarett illegalment f’Malta.

It-tliet persuni ħatja, Michael Borg ta’ 43 sena minn Raħal Ġdid, u Anthony Cremona ta’ 47 sena u Shannon Cauchi ta’ 29 sena, it-tnejn mill-Ħamrun, użaw id-dgħajsa tas-sajd Blue Dolphin għall-kuntrabandu. Din id-dgħajsa u s-sigaretti ġew ikkonfiskati.

Is-sigaretti bit-taxxa inkluża jammontaw għal aktar minn 2 miljun ewro.

Id-dgħajsa bis-sigaretti kienet ittrakkat f’San Pawl il-Baħar 5 snin ilu, meta ġew arrestati dawn it-3 irġiel, flimkien ma’ 2 persuni oħra. Il-kaxxi tas-sigaretti kienu ttieħdu lejn vann li telaq minn fuq il-post malli indunaw bil-Pulizija. Il-vann instab ftit wara f’Santa Venera.

Iż-żewġ persuni oħra li kienu akkużati, Robert Agius u Paul Anthony Pisani, inħelsu għaliex ma nstabux ħatja.