Ħabs għal xufier ta’ taxi wara li nqabad bid-droga fil-karozza

Raġel ta’ 61 sena minn Birkirkara ntbagħat disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kien fil-pussess tar-raża tal-kannabis li ma kinux għalih, f’Paceville.
L-ekx xufier tat-taxi kien inqabad lejliet l-ewwel tas-sena bid-droga, li kienet moħbija fil-kompartament tal-karozza, fejn it-tapp tal-petrol.
Fit-tfittxija tal-Pulizija kienet instabu wkoll flus kontanti.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, ir-raġel qal li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu. Minkejja dan il-Qorti osservat inkonsistenzi fil-verżjonijiet tiegħu. Għaldaqstant il-Qorti qalet li l-akkużat mhux kredibbli.
Il-Qorti qieset li l-ammont ta’ droga kien sostanzjali u kien maqsum fit-tliet biċċiet b’piż ugwali.