Ħabs għal 19-il immigrant fuq l-irvellijiet ta’ Ħal Safi

Desmond Falzon

Read in English.

18-il immigrant minn 20 ġew ikkundannati sena ħabs, filwaqt li immigrant li għandu 17-il sena ngħata disa’ xhur ħabs u persuna oħra nħelset mill-akkużi miġjuba kontriha.

Id-19-il immigrant ammettew l-involviment tagħhom fl-irvellijiet li seħħew f’Jannar li għadda f’Ħal Safi. L-immigrant l-ieħor baqa’ jsostni li ma kienx involut f’dan l-irvellijeit bil-Maġistrat Maseanne Farrugia tikkonkludi li ma kienx hemm provi konkreti li ż-żagħżugħ kien involut minħabba l-fatt li ħames membri taċ-Ċentru ta’ Ditenzjoni qalu li ma rawhx jipparteċipa f’dawn l-irvellijiet.

Fil-Qorti ż-żgħażagħ kienu mixlija għamlu ħsara li taqbeż l-€2,500 għad-dannu tal-Gvern Malti, ħadu sehem attiv f’ġemgħa ta’ aktar minn 10 minn nies kif ukoll li rreżistew l-ordnijiet leġittimi ta’ awtorità jew ta’ persuni oħra inkarigati mis-servizz pubbliku kif ukoll li ma ħallewx lill-istess uffiċjali jagħmlu xogħolhom. Huma kienu akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti kkundisrat il-fatt li l-immigranti ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom minkejja li mhux f’istat bikri tal-investigazzjoni, l-irġiel għandhom kondotta nadifa kif ukoll li talbu skuża. Il-Qorti ordnat ukoll biex iż-żmien li l-immigranti għamlu taħt arrest preventiv jitnaqqas mis-sentenza.